Belt Ritwali?

F’ħafna bliet u rħula fil-perjodu tal-Kontro-Riforma, inkluż fil-bliet u rħula Maltin, iż-żmien tas-sena kien immarkat b’pellegrinaġġi u purċissjonijiet, quddies speċjali u użanzi ritwalistiċi oħra marbutin, kemm mal-kalendarju liturġiku kif ukoll mal-ħajja tan-nisrani. Għalkemm dawn ir-ritwali kienu jibdew u jispiċċaw fil-knejjes ċentrali, l-importanza tagħhom tiġi mill-fatt li ċ-ċerimonji kienu jfuru fit-toroq, fil-postijiet fejn in-nisrani kien jgħix, jaħdem u jsib mistrieħ.

Il-kunċett tal-Belt Ritwali hu proprju dik ta spiritwalità minsuġa fit-topografija tal-belt innifisha; is-sagralità fil-postijiet ta’ kuljum. Għalkemm għalina dan kollu jaf jinħass normali, partikolarment f’pajjiż bħal Malta fejn ħafna minn dawn ir-ritwali għadhom jiġu ppratikati taħt xi forma jew oħra, għall-Knisja tas-seklu sittax u sbatax dan kien ħsieb innovattiv. Fil-Medju Evu, is-sagru u l-profan ma kinux jitħalltu, pjuttost wieħed kien ifittex is-sagru f’ermitaġġi fil-kampanja u fuq l-għoljiet, bogħod mill-ġenn tal-ibliet.

F’din it-taħdita ħa naraw x’kienu l-fatturi li fis-seklu sittax wasslu biex l-ibliet, ibda minn Ruma, bdew jitqiesu ‘bliet ritwali’ permezz tal-introduzzjoni ta’ prattiċi bħal viżti tas-seba’ knejjes u l-ġublewijiet staordinarji. Din l-attività qieghda ssir b’antiċipazzjoni tal-Ġublew tal-2025.

Din l-attività tgħaqqad l-apprezzament tal-artifatti u postijiet storiċi mal-fidi. Għal daqstant ser niddetikaw ħin biex naraw artifatti fil-Mużew tas-Santwarju ta’ Ħaż Żabbar.


Data: Il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024
Ħin: 7:00pm – 8:30pm
Post: Mużew tas-Santwarju, Ħaż-Żabbar

Irreġistra postok:

Isem u Kunjom(Required)
Kif sirt taf dwar din it-taħdita?
.(Required)
pfi.edu.mt/tc/
This field is for validation purposes and should be left unchanged.