Billi jissottometti din il-Formola, l-Applikant, magħruf ukoll bħala s-Suġġett tad-Dejta, qed jagħti l-kunsens tiegħu, jaqbel u jaċċetta l-ipproċessar u ż-żamma tad-dejta personali tas-Suġġett tad-Dejta mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, li minnha l-PFI hija parti, skont dawn it-termini u t-termini t’hawn taħt, il-Politika dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-Arċidjoċesi ta’ Malta aċċessibbli mill-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u kwalunkwe dokumentazzjoni anċillari oħra tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, kif tista’ tiġi aġġornata minn żmien għal żmien.
L-ipproċessar tad-dejta personali tas-Suġġett tad-Dejta huwa neċessarju:
• Għall-ipproċessar tar-reġistrazzjoni tas-Suġġett tad-Dejta biex jattendi l-avveniment kif imsemmi f'din il-formola.
• Għall-ġbid ta' ritratti u vidjows waqt l-avveniment imsemmi u għall-użu ta' dan il-materjal għall-pubblikazzjoni fuq il-midja soċjali, websajts, pjattaformi online oħra u, jew materjal promozzjonali u ta' reklamar ieħor, inklużi fuljetti u brochures tal-Arċidjoċesi ta' Malta, tal-PFI, u tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA). Ċerta Dejta Personali bħal, ismijiet sħaħ, kuntatti, jew indirizzi, mhux se tkun inkluża f'dan il-materjal mingħajr il-kunsens espliċitu tas-Suġġett tad-Dejta. L-Arċidjoċesi ta' Malta, il-PFI, u l-MDIA jistgħu jxerrdu dan il-materjal anke barra minn Malta.
Meta jipproċessaw id-dejta personali għall-finijiet imsemmija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-PFI u l-MDIA jistgħu jużaw is-servizzi ta’ partijiet terzi biex jipproċessaw id-dejta personali, bħal, software li jippermetti tali pproċessar.
Id-dejta personali pprovduta mis-Suġġett tad-Dejta tista' tiġi kondiviża ma' entitajiet governattivi oħra ta' Malta u entitajiet tal-UE, fejn strettament meħtieġ jew meħtieġ mil-liġi, anke barra minn Malta, u għall-provvista ta' dejta statistika.
Mingħajr preġudizzju għall-politiki msemmija u għad-dokumentazzjoni anċillari tal-Arċidjoċesi ta' Malta, l-Arċidjoċesi ta' Malta se tipproċessa d-dejta personali tas-Suġġett tad-Dejta skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (UE) 2016/679 ('GDPR'), l- Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kapitolu 586 tal-Liġijiet ta' Malta) u regolamenti oħra magħmula taħtu.