Dan il-kors għandu jservi bħala introduzzjoni għal-liturġija mqaddsa, il-quċċata u l-għajn – “l-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha” (S.C 10). Nibdew minn x’inhi l-liturġija, ngħaddu biex naraw iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa waqt li nitgħallmu fuq l-animazzjoni liturġika, l-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija u l-Kredu ta’ Niċea. B’hekk il-parteċipanti li jieħdu sehem b’mod jew ieħor fil-liturġija mqaddsa jikbru fl-għarfien u jifhmu dejjem iktar is-sehem tagħhom fl-ikbar u l-isbaħ talba tal-Knisja.
Operaturi pastorali impenjati fil-liturġija fi ħdan il-parroċċa tal-Qawra.
Target Audience Age: 18+
Il-kors ser isir kull nhar ta’ Tlieta mis-6:30pm sat-7:30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, Qawra.
| Data | Tema/i |
| 17 ta’ Frar 2026 | X’inhi l-liturġija? X’inhi s-Sena Liturġika? |
| 24 ta’ Frar 2026 | L-Ewkaristija: L-irwol tal-ministeru tal-ministru straordinarju tat-tqarbin |
| 3 ta’ Marzu 2026 | Il-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija |
| 10 ta’ Marzu 2026 | L-Animazzjoni Liturġika |
| 17 ta’ Marzu 2026 | L-għajxien tal-quddiesa fil-ħajja ta’ kuljum |
Dan il-kors għandu żewġ tipi ta’ ċertifikati:
1. Ċertifikat ta’ Attendenza
Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.
2. Ċertifikat ta’ Kisba
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors, kif ukoll jgħaddu minn komponiment.
Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.
Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.



