Dan il-kors għandu jservi bħala introduzzjoni għal-Liturġija Mqaddsa, il-quċċata u l-għajn – “Il-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha” (S.C 10). Nibdew minn x’inhi l-Liturġija, ngħaddu biex naraw iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa waqt li nitgħallmu fuq l-animazzjoni liturġika, il-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija u l-għajxien tal-istess Liturġija fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk, il-parteċipanti li jieħdu sehem b’mod jew ieħor fil-Liturġija Mqaddsa jikbru fl-għarfien u jifhmu dejjem iktar is-sehem tagħhom fl-ikbar u l-isbaħ talba tal-Knisja.
Operaturi pastorali impenjati fil-liturġija fi ħdan il-parroċċa tar-Rabat.
Target Audience Age: 18+
Il-kors ser isir kull nhar ta’ Tlieta mis-6:30pm sat-7:30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali,
Rabat
| Data | Tema/i |
| 29 ta’ Ottubru 2024 | X’inhi l-Liturġija? |
| 5 ta’ Novembru 2024 | L-Animazzjoni Liturġika |
| 12 ta’ Novembru 2024 | Is-Simboli Liturġiċi |
| 19 ta’ Novembru 2024 | Il-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija |
| 26 ta’ Novembru 2024 | L-Għajxien tal-Quddiesa fil-Ħajja ta’ Kuljum |
Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:
1. Ċertifikat ta’ Attendenza
Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.
Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.
Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.



