Fl-ewwel ġurnata tal-kors ser tinġabar €10 b’risq Is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

Dan il-kors joffri riflessjoni u formazzjoni għall-katekisti li jixtiequ jħabbru l-fidi b’mod rilevanti lill-ġenerazzjonijiet tal-lum. Permezz ta’ temi bħall-intelliġenza artifiċjali u l-evanġelizzazzjoni, l-identità tal-katekist bħala dixxiplu, il-karatteristiċi tal-Generation Alpha, u r-realtajiet tal-familji tal-lum, il-parteċipanti se jkunu mgħammra b’għarfien u ħiliet prattiċi biex iwasslu l-messaġġ tal-Evanġelju b’mod kreattiv, awtentiku u pastorali.

Soċji nisa tal-Museum u katekisti nisa li jgħallmu fl-oqsma tal-Museum.

Target Audience Age: 18+

Il-kors ser isir mis-6:30pm sat-8:30pm fil-Museum nisa Siġġiewi.

DataTema
14 ta’ Settembru 2026L-AI u l-Evanġelizazzjoni
15 ta’ Settembru 2026Il-Qalb tal-Katekist
Katekisti… Dixxipli qabel Għalliema
16 ta’ Settembru 2026Generation Alpha fil-Klassijiet tal-Katekeżi
Ir-Realtajiet tal-Familji llum

Dan il-kors għandu tlett tipi ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut.

3. Ċertifikat ta’ Kisba

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors, jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut kif ukoll minn written assignment.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

Fl-ewwel ġurnata tal-kors ser tinġabar €10 b’risq Is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

 


Application Form