Jubilee - Pilgrims of Hope

L-għan ta’ dan il-kors hu li jakkumpanja il-partiċipanti sabiex jippreparaw irwieħhom għall-Ġublew tat-Tama li ser isir fl-2025. Il-parteċipanti ser jesploraw l-għeruq bibbliċi tal-kliem ‘ġublew’, ‘tama’ u ‘pellegrinaġġ’. Ser jesploraw ukoll it-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI u l-Papa Franġisku fuq it-Tama. Fl-aħħar, ser jaraw flimkien kif dan il-ġublew jista’ jiġi applikat fil-kuntest kontemporanju u fil-missjoni wiesgħa tal-Knisja. 

Parruċċani tal-Parroċċa ta’ Ħal Qormi – San Bastjan 

Eta tal-udjenza fil-mira: 18+

Dan il-kors ser isir kull nhar ta’ Tnejn bejn is-6:30pm – 7:15pm kif stipulat hawn taħt:

DateSession
13 ta’ Jannar 2025Introduzzjoni – Il-Ġublew fil-Kotba Mqaddsa
27 ta’ Jannar 2025Il-Pellegrinaġġ fil-Kotba Mqaddsa
3 ta’ Frar 2025It-Tama fit-Testment il-Qadim
17 ta’ Frar 2025It-Tama fit-Testment il-Ġdid u fl-Ewwel Komunitajiet Insara
24 ta’ Frar 2025It-Tama fil-kitba tal-Papiet
3 ta’ Marzu 2025Il-Ġublew u aħna – X’ser nagħmlu?

Dan il-kors għandu żewġ tipi ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet u jagħmlu eżami multiple-choice qasir online.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikunu fluwenti fil-Malti u jkollom fehma tal-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form