Deskrizzjoni
F’dan il-kors, premezz ta’ vidjows qosra, ser naraw l-aspetti spiritwali u profondi tal-Ġimgħa Mqaddsa biex inkunu nistgħu nifhmu iktar dan il-Misteru tas-Salvazzjoni hekk kbir u importanti fil-ħajja Nisranija. Nibdew minn Ħadd il-Palm u d-daħla lejn Ġerusalemm (il-belt il-maħbuba li ma taċċettax l-imħabba), it-twaqqif tal-Ewkaristija f’Ħamis ix-Xirka u t-tifsira tal-ħasil tar-riġlejn, is-silenzju fil-Ġimgħa l-Kbira, l-istennija ma’ Marija s-Sibt filgħodu, it-tiġdid fil-velja tal-Għid bis-simboli tan-nar (id-dawl tal-ħajja), l-ilma li jippurifika lejn il-Glorja ta’ Sibt il-Għid u Ħadd il-Għid.
F’dan il-kors, Il-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati matul din il-Ġimgħa Mqaddsa bir-riflessjonijiet bibliċi u b’analiżi spiritwali. Il-mixja spiritwali ta’ kull Nisrani hija relatata mat-tbatija li għadda minnha Ġesù, speċjalment fil-mumenti tat-tradiment, solitudni, ġudizzju, biża’ u deċiżjonijiet diffiċli.
L-għan huwa li l-parteċipanti jaslu għall-għarfien tal-Qawmien, il-konsolazzjoni u tiġdid spiritwali u jagħrfu l-umiltà u l-għotja ta’ Ġesù fil-mixja tiegħu fuq din l-art, mill-qtugħ il-qalb fil-Ġnien tal-Ġetsemani, il-perseveranza matul il-passjoni sa ma wasal fil-glorja tal-qawmien.
L-applikazzjoni għal dawn ir-riflessjonijiet magħluqa. Grazzi u l-Għid it-Tajjeb
Kalendarju
Dan il-kors riflessiv dwar il-Ġimgħa Mqaddsa huwa maqsum fuq 14-il vidjow qasir. L-applikant ser jirċievi username u password sabiex ikun jista’ jara dawn il-vidjows fuq l-appart elettroniku tiegħu. L-applikant jista’ jara dawn il-vidjows bil-kumdità tiegħu, x’ħin u fejn irid.
Il-username u l-password jintbagħtu lill-istudenti fi żmien gimgħa mil-applikazzjoni.
Applikazzjoni
Studenti tas-sena akkademika 2022-23 tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali għandhom isibu dawn ir-riflessjonijiet fil-account tal-Moodle tagħhom.
Nitoblu lill-operaturi pastorali reġistrati sabiex jimlewl-applikazzjoni minn fuq parrocci.knisja.mt/riflessjoni/ biex hekk jiġbru il-voucher li jippermetilhom ma jħallsux għal dawn is-sessjonijiet.
Jekk inti operatur pastorali u għadek mintiex reġistrat/a bħala operatur pastorali tista’ tirreġistra billi tagħfas hawn.
Applikanti li mhumiex studenti tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tas-sena akkademika 2022-23, jew operaturi pastorali, jistgħu japplikaw permezz ta’ din l-applikazzjoni