Dan il-kors għandu jservi bħala introduzzjoni għal-liturġija mqaddsa, il-quċċata u l-għajn – “l-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha” (S.C 10). Nibdew minn x’inhi l-liturġija, ngħaddu biex naraw iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa waqt li nitgħallmu fuq l-animazzjoni liturġika, l-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija u l-Kredu ta’ Niċea. B’hekk il-parteċipanti li jieħdu sehem b’mod jew ieħor fil-liturġija mqaddsa jikbru fl-għarfien u jifhmu dejjem iktar is-sehem tagħhom fl-ikbar u l-isbaħ talba tal-Knisja.

Operaturi pastorali impenjati fil-liturġija fi ħdan il-parroċċa ta’ Birkirkara.

Target Audience Age: 18+

Il-kors ser isir kull nhar ta’ Tlieta mis-6:30pm sat-7:30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, Santa Marija, Birkirkara.

DataTema/i
21 ta’ Ottubru 2025X’inhi l-Liturġija?
28 ta’ Ottubru 2025Is-Simboli Liturġiċi
4 ta’ Novembru 2025L-Animazzjoni Liturġika
11 ta’ Novembru 2025Il-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija
18 ta’ Novembru 2025Il-Kredu ta’ Niċea

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form