Il-Papa Franġisku, aktar minn darba tkellem fuq il-ħtieġa tal-bniedem tal-lum li jifforma ruħu għall-għarfien simboliku. Dan mhux meħtieġ tant biex in-Nisrani jifhem b’mod razzjonali t-tifsira tas-simboli jew ikollu għarfien tat-twemmin tal-Knisja, imma biex iħalli l-ġrajja simbolika ssir f’ħajtu esperjenza vitali. Sabiex il-bniedem jerġa’ jiskopri lilu nnifsu f’relazzjoni ma’ Alla-Trinità jeħtieġlu jerġa’ jitgħallem il-lingwaġġ simboliku li Alla nnifsu għażel li juża biex jirrivela lilu nnifsu lid-dinja.

L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet huwa li nifhmu kif iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, permezz tal-lingwaġġ tas-simboli, tifforma l-umanità tagħna u tressaqna lejn Alla bħala komunità li temmen bl-istess mod kif l-Insara tal-ewwel sekli kienu ffurmati permezz tal-katekeżi mistagoġika biex jidħlu fil-Misteru ta’ Kristu.

Parruċċani ta’ Burmarrad

Target Audience Age: 18+

Kull nhar ta’ Tnejn mis-7:30pm sad-8:45pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, Burmarrad

DataTema/i
28 ta’ April 2025Introduzzjoni
X’inhu simbolu?
5 ta’ Mejju 2025Is-sensi: Ġisem li Jiċċelebra
12 ta’ Mejju 2025Kliem, Kant u Silenzju: Tifsira ta’ Siltiet mir-Rit tal-Quddiesa
19 ta’ Mejju 2025It-Tmien Jum: L-Ewkaristija tal-Ħadd

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Kisba

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jagħmlu assignment.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form