Fl-ewwel ġurnata tal-kors ser tinġabar €10 b’risq Is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.
Dan il-kors immirat għall-katekisti b’mod speċjali soċji nisa tal-Museum jittratta l-katekeżi fil-klassi u anke lil hinn mill-istess klassi. Għalhekk se niddiskutu prattiċi pedagoġiċi, anke b’mudell għal-lezzjoni skont is-sena partikulari. Fil-kors se naraw u niddiskutu wkoll ir-relazzjoni tal-Knisja mal-kultura u allura l-effett fuq il-katekeżi. Fl-aħħar mill-aħħar se naraw l-irwol ċentrali li għandhom il-ġenituri li huma wkoll katekisti ta’ uliedhom.
Soċji nisa tal-Museum u katekisti nisa li jgħallmu fl-oqsma tal-Museum.
Target Audience Age: 18+
Il-kors ser isir mis-6:00pm sat-8:15pm fil-Museum nisa Siġġiewi.
Data | Tema |
15 ta’ Settembru 2025 | Tagħlim li jittrasforma: prattiċi pedagoġiċi effettivi |
16 ta’ Settembru 2025 | Il-Knisja, l-kultura u l-katekeżi |
17 ta’ Settembru 2025 | L-irwol tal-ġenituri fil-katekeżi u l-komunikat magħhom |
Dan il-kors għandu tlett tipi ta’ ċertifikati:
1. Ċertifikat ta’ Attendenza
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.
2. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut.
3. Ċertifikat ta’ Kisba
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors, jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut kif ukoll minn written assignment.
Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.
Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.
Fl-ewwel ġurnata tal-kors ser tinġabar €10 b’risq Is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.