Dan il-kors hu eliġibbli għall-iskema Get Formed! Din l-iskema trodd lura 70% tal-ispejjeż tal-kors lill-istudent ladarba jlesti l-kors. Għal iktar informazzjoni, żur: https://pfi.edu.mt/get-formed/.

Jekk qatt pruvajt tħarbex żewġ akkordji, xi melodija, jew xi biċċa lirika bil-Malti, dan huwa l-kors għalik!

Ħarbex 1 huwa kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardiqed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute.

L-għan tal-kors hu li jservi ta’ gwida u ispirazzjoni sabiex tħaddem il-ħiliet mużikali u litterali li diġà hemm fik biex jinkitbu għanjiet ġodda għat-talba tal-quddiesa. Se jkollna ħin nesploraw kompożizzjoni ta’ innijiet liturġiċi ġodda fi stil Kristjan kontemporanju.

Ħinijiet ta’ inkontri ma’ xulxin mhumiex se jkunu neqsin, u xejn inqas ħinijiet allokati biex nibdew inħarbxu xi ħaġa wkoll, kemm b’mod individwali, kif ukoll ma’ ħaddieħor.

Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-workshops se jsiru nhar ta’ Sibt matul Jannar 2026 mit-8:30am sas-2:30pm, Is-Seminarju tal-Arċisqof

Aktar informazzjoni se tingħata aktar tard

Introjtu u akklamazzjonijiet tal-Evanġelju
Offertorji, akklamazzjonijiet tal-Konsagrazzjoni u t-talba tal-Missierna
Tqarbin, kant tal-għeluq u innijiet Marjani

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu għal tnejn mit-tlett workshops li qed jiġu organizzati kif ukoll jikkomponu mużika u/jew jiktbu lirika ġdida.

Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.

L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija u ta’ teknika awdjo-viżiva.

 

 


Application Form