Dan il-kors hu eliġibbli għall-iskema Get Formed! Din l-iskema trodd lura 70% tal-ispejjeż tal-kors lill-istudent ladarba jlesti l-kors. Għal iktar informazzjoni, żur: https://pfi.edu.mt/get-formed/.
Jekk qatt pruvajt tħarbex żewġ akkordji, xi melodija, jew xi biċċa lirika bil-Malti, dan huwa l-kors għalik!
Ħarbex huwa kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute u l-Malta Catholic Youth Network (MCYN) għal żgħażagħ bejn 18-35 sena u individwi li huma involuti f’pastorali maż-żgħażagħ.
L-għan tal-kors hu li jservi ta’ gwida u ispirazzjoni sabiex tħaddem il-ħiliet mużikali u litterali li diġà hemm fik biex jinkitbu għanjiet ġodda għat-talba tal-quddies. Se jkollna magħna għadd ta’ saċerdoti u lajċi li se jaqsmu magħna riżorsi u testimonjanzi li se jħeġġuna nifhmu l-attitudni tagħna fid-diversi mumenti li ngħixu f’din it-talba. Flimkien se jkollna mumenti li fihom se nkunu qed nerfgħu qlubna ‘l fuq, kif aħna mistiedna nagħmlu f’kull quddies.
Ħinijiet ta’ inkontri ma’ xulxin mhumiex se jkunu neqsin, u xejn inqas ħinijiet allokati biex nibdew inħarbxu xi ħaġa wkoll, kemm b’mod individwali, kif ukoll ma’ ħaddieħor. Għandna xewqa kbira li, flimkien magħkom, nixegħlu mqar fjamma t’interess u ta’ bidu.
Żgħażagħ bejn 18 – 35 sena u individwi li huma involuti f’pastorali maż-żgħażagħ.
The workshops will be held on Saturdays from 8:30am – 3:00pm
Data | Sessjoni |
Saturday 18th January 2025 | Workshop 1 |
Saturday 15th February 2025 | Workshop 2 |
Saturday 15th March 2025 | Workshop 3 |
Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:
1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu għal tnejn mit-tlett workshops li qed jiġu organizzati kif ukoll jikkomponu mużika u/jew jiktbu lirika ġdida.
Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.
L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija u ta’ teknika awdjo-viżiva.