Dan il-kors immirat għall-katekisti b’mod speċjali soċji nisa tal-Museum jittratta l-katekeżi fil-kultura tal-lum u kif inġibu ruħna quddiem attitudnijiet differenti fit-tfal u ż-żgħażagħ li jkollna fil-klassi. Għalhekk se niddiskutu l-psikoloġija tal-età. Fil-kors se naraw ukoll l-importanza li nippjana u kif għandi ngħallem billi anke nħarsu lejn l-eżempju li jagħtina Ġesù fit-tagħlim.
- Soċji nisa tal-Museum
- Katekisti nisa li jgħallmu fl-oqsma tal-Museum
Target Audience Age: 18+
Il-kors ser isir kif skedat hawn taħt fil-Museum tal-Bniet, Is-Siġġiewi: https://maps.app.goo.gl/VxCKgccUiw2QfVVC7.
Data | Sessjoni |
16 ta’ Settembru 2024 6:00pm – 8:00pm | Il-katekeżi u l-pedagoġija: Il-psikoloġija tal-età Il-katekeżi u l-pedagoġija: Kif inġibu ruħna quddiem attitudnijiet differenti |
17 ta’ Settembru 2024 6:00pm – 8:00pm | X’inhi l-katekeżi? Il-katekeżi fil-kulturi tal-lum |
18 ta’ Settembru 2024 6:00pm – 8:00pm | Il-metadoloġija fil-katekeżi: Għaliex importanti li nippjana? Il-metadoloġija fil-katekeżi: Kif ngħallem? Ġesù kif għallem? |
Dan il-kors għandu żewġ tipi ta’ ċertifikati:
1. Ċertifikat ta’ Attendenza
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.
2. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut.
3. Ċertifikat ta’ Kisba
Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors, jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut kif ukoll minn written assignment.
Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.
Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.