Archives

Ħarbex il-Melodija

Ħarbex il-Melodija huwa opportunità għall-kompożituri u mużiċisti, li jixtiequ jħaddmu t-talenti tagħhom, sabiex jiktbu innijiet għal-Liturġija tal-Knisja fuq stil klassiku.

Dan il-kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute jagħtik formazzjoni, spazju u ħin biex toħloq mużika ġdida għal testi ta’ kant liturġiku, fosthom dawk li jinħolqu fil-kors Ħarbex ir-Rima. It-tħarbix isir b’mod individwali kif ukoll fi gruppi żgħar, b’mumenti ta’ qsim bejn kulħadd. Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-workshops se jsiru nhar ta’ Sibt mit-8:30am sas-2:30pm, Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

2 ta’ Mejju 2026Introjtu
30 ta’ Mejju 2026Offertorji
20 ta’ Ġunju 2026Tqarbin

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu għal tnejn mit-tlett lezzjonijiet li qed jiġu organizzati kif ukoll jikkomponi mużika liturġika.

Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.

L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija u ta’ teknika awdjo-viżiva.

 

Ħarbex ir-Rima

  Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

Qatt ħsibt li d-don tiegħek tal-kitba u l-poeżija tista’ tħaddmu biex tħarbex lirika li tista’ titkanta fil-liturġija tal-Knisja? Qed noffrulek opportunità li dan twettqu fil-kors Ħarbex ir-Rima!

Dan huwa kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute għal dawk kollha li jixtiequ jħaddmu d-don tal-kitba u l-poeżija b’għan qaddis.

L-għan tal-kors hu li jispira l-ħolqien ta’ lirika ġdida bil-Malti xierqa għall-kant liturġiku, taħt gwida.

It-tħarbix se jsir b’mod individwali, kif ukoll ma’ ħaddieħor fi gruppi żgħar kif ukoll f’mumenti ta’ qsim bejn kulħadd. Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-workshops se jsiru nhar ta’ Sibt mit-8:30am sas-2:30pm, Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

DataSessjoni
7 ta’ Frar 2026Introjtu
7 ta’ Marzu 2026Offertorji
18 ta’ April 2026Tqarbin

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu għal tnejn mit-tlett lezzjonijiet li qed jiġu organizzati kif ukoll jiktbu lirika ġdida għal mużika liturġika.

Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.

L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija.