Archives

Ħarbex

Dan il-kors hu eliġibbli għall-iskema Get Formed! Din l-iskema trodd lura 70% tal-ispejjeż tal-kors lill-istudent ladarba jlesti l-kors. Għal iktar informazzjoni, żur: https://pfi.edu.mt/get-formed/.

Jekk qatt pruvajt tħarbex żewġ akkordji, xi melodija, jew xi biċċa lirika bil-Malti, dan huwa l-kors għalik!

Ħarbex huwa kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute u l-Malta Catholic Youth Network (MCYN) għal żgħażagħ bejn 18-35 sena u individwi li huma involuti f’pastorali maż-żgħażagħ.

L-għan tal-kors hu li jservi ta’ gwida u ispirazzjoni sabiex tħaddem il-ħiliet mużikali u litterali li diġà hemm fik biex jinkitbu għanjiet ġodda għat-talba tal-quddies. Se jkollna magħna għadd ta’ saċerdoti u lajċi li se jaqsmu magħna riżorsi u testimonjanzi li se jħeġġuna nifhmu l-attitudni tagħna fid-diversi mumenti li ngħixu f’din it-talba. Flimkien se jkollna mumenti li fihom se nkunu qed nerfgħu qlubna ‘l fuq, kif aħna mistiedna nagħmlu f’kull quddies.

Ħinijiet ta’ inkontri ma’ xulxin mhumiex se jkunu neqsin, u xejn inqas ħinijiet allokati biex nibdew inħarbxu xi ħaġa wkoll, kemm b’mod individwali, kif ukoll ma’ ħaddieħor. Għandna xewqa kbira li, flimkien magħkom, nixegħlu mqar fjamma t’interess u ta’ bidu.

Żgħażagħ bejn 18 – 35 sena u individwi li huma involuti f’pastorali maż-żgħażagħ.

DataSessjoni
TBASeminar 1
TBASeminar 2
TBASeminar 3

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu s-seminars kollha organizzati.

2. Ċertifikat ta’ Kisba

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu s-seminars kollha organizzati u jippreżentaw mużika u/jew lirika ġdida.

Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.

L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija u ta’ teknika awdjo-viżiva.