Dan il-kors immirat għall-katekisti b’mod speċjali soċji nisa tal-Museum jittratta l-katekeżi fil-klassi u anke lil hinn mill-istess klassi. Għalhekk se niddiskutu prattiċi pedagoġiċi, anke b’mudell għal-lezzjoni skont is-sena partikulari. Fil-kors se naraw u niddiskutu wkoll ir-relazzjoni tal-Knisja mal-kultura u allura l-effett fuq il-katekeżi. Fl-aħħar mill-aħħar se naraw l-irwol ċentrali li għandhom il-ġenituri li huma wkoll katekisti ta’ uliedhom.

Soċji nisa tal-Museum u katekisti nisa li jgħallmu fl-oqsma tal-Museum.

Target Audience Age: 18+

Il-kors ser isir mis-6:00pm sat-8:15pm fil-Museum nisa Siġġiewi.

DataTema
15 ta’ Settembru 2025Tagħlim li jittrasforma: prattiċi pedagoġiċi effettivi
16 ta’ Settembru 2025Il-Knisja, l-kultura u l-katekeżi
17 ta’ Settembru 2025L-irwol tal-ġenituri fil-katekeżi u l-komunikat magħhom

Dan il-kors għandu tlett tipi ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut.

3. Ċertifikat ta’ Kisba

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors, jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut kif ukoll minn written assignment.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form