Jubilee - Pilgrims of Hope

L-għan ta’ dan il-kors hu li jakkumpanja il-partiċipanti sabiex jippreparaw irwieħhom għall-Ġublew tat-Tama li ser isir fl-2025. Il-parteċipanti ser jesploraw l-għeruq bibbliċi tal-kliem ‘ġublew’, ‘tama’ u ‘pellegrinaġġ’. Ser jesploraw ukoll it-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI u l-Papa Franġisku fuq it-Tama. Fl-aħħar, ser jaraw flimkien kif dan il-ġublew jista’ jiġi applikat fil-kuntest kontemporanju u fil-missjoni wiesgħa tal-Knisja. 

Parruċċani tal-Parroċċa ta’ Santa Venera

Eta tal-udjenza fil-mira: 18+

Dan il-kors ser isir kull nhar ta’ Tnejn bejn is-7:00pm – 9:00pm kif stipulat hawn taħt:

DateSession
5 ta’ Mejju 2025Introduzzjoni – Il-Ġublew fil-Kotba Mqaddsa
12 ta’ Mejju 2025Il-Pellegrinaġġ fil-Kotba Mqaddsa
19 ta’ Mejju 2025It-Tama fit-Testment il-Qadim
26 ta’ Mejju 2025It-Tama fit-Testment il-Ġdid u fl-Ewwel Komunitajiet Insara
2 ta’ Ġunju 2025It-Tama fil-kitba tal-Papiet

Dan il-kors għandu żewġ tipi ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet u jagħmlu eżami multiple-choice qasir online.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikunu fluwenti fil-Malti u jkollom fehma tal-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form