Il-Papa Franġisku, aktar minn darba tkellem fuq il-ħtieġa tal-bniedem tal-lum li jifforma ruħu għall-għarfien simboliku. Dan mhux meħtieġ tant biex in-Nisrani jifhem b’mod razzjonali t-tifsira tas-simboli jew ikollu għarfien tat-twemmin tal-Knisja, imma biex iħalli l-ġrajja simbolika ssir f’ħajtu esperjenza vitali. Sabiex il-bniedem jerġa’ jiskopri lilu nnifsu f’relazzjoni ma’ Alla-Trinità jeħtieġlu jerġa’ jitgħallem il-lingwaġġ simboliku li Alla nnifsu għażel li juża biex jirrivela lilu nnifsu lid-dinja.

L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet huwa li nifhmu kif iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, permezz tal-lingwaġġ tas-simboli, tifforma l-umanità tagħna u tressaqna lejn Alla bħala komunità li temmen bl-istess mod kif l-Insara tal-ewwel sekli kienu ffurmati permezz tal-katekeżi mistagoġika biex jidħlu fil-Misteru ta’ Kristu.

Parruċċani ta’ Burmarrad u Parroċċi tal-viċin

Target Audience Age: 16+

Kull nhar ta’ Tnejn mis-7:30pm sad-8:45pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, Burmarrad

DataTema/i
28 ta’ April 2025Introduzzjoni – X’inhu simbolu?
5 ta’ Mejju 2025Is-sensi – Ġisem li Jiċċelebra
12 ta’ Mejju 2025Kliem, Kant u Silenzju – Tifsira ta’ Siltiet mir-Rit tal-Quddiesa
19 ta’ Mejju 2025It-Tmien Jum – L-Ewkaristija tal-Ħadd

Dan il-kors għandu żewġ tipi ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Kisba

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jagħmlu assignment.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form

Hidden
Hidden
Hidden
Hidden

Applicant Details

Name(Required)
DD slash MM slash YYYY
Hidden

Other Information

Home Address(Required)
Hidden
Hidden
Hidden
Hidden
After submitting this form you will be taken to a secure payment page where you will be able to input your card details. Bank charges my apply. For alternative payment methods, kindly contact us.
Hidden
Price:
Hidden
If the minimum number of applications is not reached the course will not be offered.
Hidden
This field is for validation purposes and should be left unchanged.