Dan il-kors immirat għall-katekisti b’mod speċjali soċji nisa tal-Museum jittratta l-katekeżi fil-kultura tal-lum u kif inġibu ruħna quddiem attitudnijiet differenti fit-tfal u ż-żgħażagħ li jkollna fil-klassi. Għalhekk se niddiskutu l-psikoloġija tal-età. Fil-kors se naraw ukoll l-importanza li nippjana u kif għandi ngħallem billi anke nħarsu lejn l-eżempju li jagħtina Ġesù fit-tagħlim.

  • Soċji nisa tal-Museum
  • Katekisti nisa li jgħallmu fl-oqsma tal-Museum

Target Audience Age: 18+

Il-kors ser isir kif skedat hawn taħt fil-Museum tal-Bniet, Is-Siġġiewi: https://maps.app.goo.gl/VxCKgccUiw2QfVVC7.

DataSessjoni
16 ta’ Settembru 2024
6:00pm – 8:00pm
Il-katekeżi u l-pedagoġija: Il-psikoloġija tal-età
Il-katekeżi u l-pedagoġija: Kif inġibu ruħna quddiem attitudnijiet differenti
17 ta’ Settembru 2024
6:00pm – 8:00pm
X’inhi l-katekeżi?
Il-katekeżi fil-kulturi tal-lum
18 ta’ Settembru 2024
6:00pm – 8:00pm
Il-metadoloġija fil-katekeżi: Għaliex importanti li nippjana?
Il-metadoloġija fil-katekeżi: Kif ngħallem? Ġesù kif għallem?

Dan il-kors għandu żewġ tipi ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors u jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut.

3. Ċertifikat ta’ Kisba

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Kisba, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors, jgħaddu minn eżami multiple-choice qasir. Dan isir fuq il-pjattaforma tal-Moodle tal-istitut kif ukoll minn written assignment.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Register for this Course