Dan il-kors hu eliġibbli għall-iskema Get Formed! Din l-iskema trodd lura 70% tal-ispejjeż tal-kors lill-istudent ladarba jlesti l-kors. Għal iktar informazzjoni, żur: https://pfi.edu.mt/get-formed/.

Ħarbex il-Melodija huwa opportunità għall-kompożituri u mużiċisti, li jixtiequ jħaddmu t-talenti tagħhom, sabiex jiktbu innijiet għal-Liturġija tal-Knisja fuq stil klassiku.

Dan il-kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute jagħtik formazzjoni, spazju u ħin biex toħloq mużika ġdida għal testi ta’ kant liturġiku, fosthom dawk li jinħolqu fil-kors Ħarbex ir-Rima. It-tħarbix isir b’mod individwali kif ukoll fi gruppi żgħar, b’mumenti ta’ qsim bejn kulħadd. Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-workshops se jsiru nhar ta’ Sibt matul Mejju 2026 mit-8:30am sas-2:30pm, Is-Seminarju tal-Arċisqof

Aktar informazzjoni se tingħata aktar tard

Introjtu
Offertorji
Tqarbin

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu għal tnejn mit-tlett lezzjonijiet li qed jiġu organizzati kif ukoll jikkomponi mużika liturġika.

Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.

L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija u ta’ teknika awdjo-viżiva.

 

 


Application Form