Il-kors huwa maħsub biex joffri formazzjoni bażika lill-katekisti li fil-ministeru tagħhom, iservu lit-tfal u pre-adolexxenti bl-esperjenza tad-diżabilita’. L-ewwelnett, permezz tal-kors, il-katekisti għandhom jakkwistaw għarfien bażiku tar-realtajiet differenti li jikkaratterizzaw diżabilitajiet diversi. Ma’ dan, il-katekisti jakkwistaw ukoll għarfien dwar kif huma għandhom jirrelataw ma’ dawn il-persuni u kif għandhom ikunu wkoll ta’ appoġġ għall-familji tagħhom. Dan huwa pass essenzjali biex il-ħidma kateketika fil-qasam, tgħin lil dawn it-tfal jagħmlu esperjenza ta’ fidi fi ħdan il-komunita’ ekkleżjali.

Dan ma’ jistax isir jekk ma jinkisibx għarfien rigward il-metodi u r-riżorsi addattati għall-ħidma kateketika ma’ dawn it-tfal u l-familji tagħhom. Il-kors għandu wkoll jiżgura li l-katekisti ikunu aktar sensibbli għall-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni fejn tidħol l-animazzjoni tat-talb u ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti.

Fl-aħħarnett, il-kors għandu jinkoraġġixxi, isaħħaħ u jifrex dejjem aktar il-prattiċi tajbin li sa issa diġa qegħdin jiġu mħaddma fil-ħidma kateketika madwar id-djoċesi.

  • Katekisti u persuni oħra interessati fis-suġġett.

Target Audience Age: 18+

Il-kors ser isir is-Sibt mid-9:30am sa’ 12:00pm Ta’ Mlit.

DataSessjoni
25 ta’ Ottubru 2025L-għarfien tal-esperjenza tad-diżabilità fit-tfal u l-pre-adolexxenti
24 ta’ Jannar 2026Kif nirrelataw mat-tfal u l-pre-adoloxxenti b’ diżabilità u kif insostnu lill-familji tagħhom
21 ta’ Frar 2026L-edukazzjoni u l-animazzjoni tat-talb u l-liturġija għat-tfal u l-pre-adolexxenti b’diżabilità
18 ta’ April 2026Riżorsi u Metodi fil-preparazzjoni għas-Sagramenti għat-tfal u l-pre-adoloxxenti b’diżabilità
16 ta’ Mejju 2026Good practices fil-parroċċi fil-qasam tal-katekeżi mat-tfal u l-pre-adoloxxenti b’diżabilità
Dan il-kors għandu żewġ għażliet ta’ ċertifikati:

1. Ċertifikat ta’ Attendenza

Sabiex tikseb Ċertifikat ta’ Attendenza, l-istudenti huma meħtieġa jattendu 80% tas-sessjonijiet tal-kors.

2. Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni

L-istudent jirċievi Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni meta (minbarra li jissodisfa l-kriterji ta’ attendenza ta’ hawn fuq) itemm b’suċċess valutazzjoni qasira online.

Lingwa: L-applikanti għandhom ikollom fehma tal-Malti u jkunu fluwenti fl-Ingliż.

Teknoloġija diġitali: L-applikanti huma meħtieġa li jkunu fluwenti fl-użu tad-dinja diġitali, inkluż li jkunu jafu kif jaċċessaw l-internet u jużaw office suites bħal Microsoft Word.

 


Application Form