Dan il-kors hu eliġibbli għall-iskema Get Formed! Din l-iskema trodd lura 70% tal-ispejjeż tal-kors lill-istudent ladarba jlesti l-kors. Għal iktar informazzjoni, żur: https://pfi.edu.mt/get-formed/.

Qatt ħsibt li d-don tiegħek tal-kitba u l-poeżija tista’ tħaddmu biex tħarbex lirika li tista’ titkanta fil-liturġija tal-Knisja? Qed noffrulek opportunità li dan twettqu fil-kors Ħarbex ir-Rima!

Dan huwa kors ta’ 3 workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute għal dawk kollha li jixtiequ jħaddmu d-don tal-kitba u l-poeżija b’għan qaddis.

L-għan tal-kors hu li jispira il-ħolqien ta’ lirika ġdida bil-Malti xierqa għall-kant liturġiku, taħt gwida.

It-tħarbix se jsir b’mod individwali, kif ukoll ma’ ħaddieħor fi gruppi żgħar kif ukoll f’mumenti ta’ qsim bejn kulħadd. Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-kors huwa miftuħ għal persuni li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena.

Il-workshops se jsiru nhar ta’ Sibt matul Frar 2026 mit-8:30am sas-2:30pm, Is-Seminarju tal-Arċisqof

Aktar informazzjoni se tingħata aktar tard

Introjtu
Offertorji
Tqarbin

Dan il-kors għandu tip ta’ ċertifikat wieħed:

1. Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni

Sabiex jinkiseb Ċertifikat ta’ Partiċipazzjoni, l-istudenti huma meħtieġa jattendu għal tnejn mit-tlett lezzjonijiet li qed jiġu organizzati kif ukoll jiktbu lirika ġdida għal mużika liturġika.

Dan il-kors qed jiġu provdut mill-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azzopardi f’kollaborazzjoni tal-Istitut tal-Formazzjoni Pastorali.

L-applikanti għandhom ikollom bażi tajba tal-lingwa Maltija.

 

 


Application Form