Dan il-kors kateketiku bit-tema “Nagħmlu kollox biH, FiH u għaliH” – San Gorg Preca għandu l-għan li jgħinna nagħrfu lilna nfusna u l-irwol tagħna. L-iskoperta ta’ dan l-għarfien ser tkun fuq tliet nofstanhari maqsuma b’parti animazzjoni tas-silta u b’riflessjoni minn dawk preżenti flimkien ma’ diskussjoni fuq dawn it-temi:

  • Kristu fil-lezzjonijiet tagħna
  • Is-sillabu u l-katekista
  • L-użu tajjeb tat-teknoloġija fil-lezzjonijiet

Membri tal-SDC M.U.S.E.U.M. Sezzjoni Femminili

Target Audience Age: 18+

Dan il-kors sar bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru 2023 bejn is-6:00pm u t-8:00pm fuq żewġ istanzi differenti:

L-Ewwel Istanza: Għall-Katekisti li Jgħallmu Sena 1 – 3

DataTemi
11 ta’ Settembru 2023L-Ewwel Parti: Kristu fil-Lezzjonijiet Tagħna
It-Tieni Parti: It-Talb fil-Lezzjonijiet u f’Ħajjitna
12 ta’ Settembru 2023L-Ewwel Parti: Is-Sillabu u l-Kateketika
It-Tieni Parti: L-Etika tal-Katekista Waqt li Tkun Mat-Tfal
13 ta’ Settembru 2023L-Ewwel Parti: Użu Tajjeb tat-Teknoloġija fil-Lezzjonijiet
It-Tieni Parti: Kif Nitrattaw ma’ Tfal bi Bżonnijiet Diversi

It-Tieni Istanza: Għall-Katekisti li Jgħallmu Sena 4 – 6

DataSuġġetti
11 ta’ Settembru 2023L-Ewwel Parti: Użu Tajjeb tat-Teknoloġija fil-Lezzjonijiet
It-Tieni Parti: Kif Nitrattaw ma’ Tfal bi Bżonnijiet Diversi
12 ta’ Settembru 2023L-Ewwel Parti: Kristu fil-Lezzjonijiet Tagħna
It-Tieni Parti: It-Talb fil-Lezzjonijiet u f’Ħajjitna
13 ta’ Settembru 2023L-Ewwel Parti: Is-Sillabu u l-Kateketika
It-Tieni Parti: L-Etika tal-Katekista Waqt li Tkun Mat-Tfal

Ċertifikat ta’ Attendenza

Ser jingħata Ċertifikat ta’ Attendenza lil dawk il-partiċipanti li attendew is-sessjonijiet kollha.

 


Register for this Course